11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/74
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2019 – Benavides Torres vs Il-Kunsill
(Kawża T-35/19)
(2019/C 93/96)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Antonio José Benavides Torres (Karakas, il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 (1) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1653 (2) sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw ir-rikorrent; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, li permezz tiegħu huwa jallega li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li qies li ismu kellu jinżamm fil-listi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (3) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (4), minkejja li l-konvenut ma għandu l-ebda rwol u l-ebda rabta mal-awtoritajiet politiċi jew militari tal-Venezwela.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017, L 295, p. 60).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017, L 295, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy