11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/75
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2019 – PE Digital vs EUIPO – Spark Networks Services (ElitePartner)
(Kawża T-36/19)
(2019/C 93/97)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PE Digital GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spark Networks Services GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni ElitePartner – trade mark tal-Unjoni Nru 5 996 351
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 614/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
timmodifika d-deċiżjoni kkontestata b’mod li r-raġuni għall-invalidità skont l-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 ma tipprekludix it-trade mark tal-Unjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-konvenut u, fir-rigward tal-intervent, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, iħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri, inkludi l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy