4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/69
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Cimpress Schweiz vs EUIPO – Impress Media (CIMPRESS)
(Kawża T-37/19)
(2019/C 82/80)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Cimpress Schweiz GmbH (Winterthur, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Eckhartt, P. Böhner u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impress Media GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CIMPRESS” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 147 624
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2018 fil-Każijiet magħquda R 1716/2017-2 u R 1786/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
fuq appell tar-rikorrenti, tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-13 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ Nru B 2 493 933 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Impress Media GmbH kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark CIMPRESS Nru 13 147 624;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Impress Media GmbH, f’każ li din tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy