11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/76
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Amigüitos pets & life vs EUIPO – Société des produits Nestlé (THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect)
(Kawża T-40/19)
(2019/C 93/98)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Amigüitos pets & life, SA (Lorca, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect” fil-kuluri abjad, aħmar u iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 385 719
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 272/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 15 385 719 għal prodotti fil-klassijiet 5 u 31;
—
tordna lill-EUIPO jikkonferma r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Nru 15 385 719 għall-prodotti kollha mmirati mill-applikazzjoni għal trade mark;
—
tikkundanna lill-intervenjenti kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy