25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/42
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume)
(Kawża T-41/19)
(2019/C 112/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MSI Svetovanje, marketing, d.o.o (Vrhnika, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Maček, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrial Farmaceutica Cantabria, SA (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nume – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 120 355
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 722/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għall-ispejjeż sostnuti minn MSI Svetovanje d.o.o.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy