4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/69
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Volkswagen vs EUIPO (CROSS)
(Kawża T-42/19)
(2019/C 82/81)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CROSS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 366 528
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2500/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 366 528 għall-prodotti u s-servizzi kollha;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, u tibgħat l-kawża lura quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy