11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/77
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Globalia Corporación Empresarial vs EUIPO – Touring Club Italiano (TC Touring Club)
(Kawża T-44/19)
(2019/C 93/99)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globalia Corporación Empresarial, SA (Llucmajor, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Touring Club Italiano (Milan, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TC touring Club in bil-kulur aħmar u griż ċar – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 15 299 001
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 448/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-ksur tal-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jikkostitwixxi difett proċedurali sostantiv; u/jew
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tikkonstata li l-prova ta’ użu “ġenwin” mit-trade mark preċedenti hija suffiċjenti u ftit li xejn konklużiv; u/jew
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tikkonstata l-ineżistenza ta’ propbabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks opposti;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk din tidher fil-proċedura, għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy