18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/54
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – smart things solutions vs EUIPO – Samsung Electronics (smart:)things)
(Kawża T-48/19)
(2019/C 103/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: smart things solutions GmbH (Seefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Samsung Electronics GmbH (Schwalbach am Taunus, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea smart:)things bil-kulur iswed u aħdar – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 914 836
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 835/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy