18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/55
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – View vs EUIPO (CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS)
(Kawża T-49/19)
(2019/C 103/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: View, Inc. (Milpitas, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Tritton, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS” – ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 381 213
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1625/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy