18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/57
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Laboratories Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret (apiheal)
(Kawża T-51/19)
(2019/C 103/73)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laboratories Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ (Istanbul, it-Turkija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “apiheal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 411 557
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1725/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna l-għoti parzjali tal-applikazzjoni għall-prodotti li ġejjin “prodotti tal-fwieħa; kożmetiċi; fwejjaħ; deodoranti (għall-użu personali jew għall-annimali); sapun; ħwawar għall-banju (mhux għall-użu mediku); prodotti għall-kura tas-snien, toothpaste, preparazzjonijiet li jbajdu s-snien, likwidu għall-ħasil tas-snien, li ma humiex għal skopijiet mediċi fil-klassi 3 u “prodotti għat-tneħħija ta’ annimali ta’ ħsara; fungiċidi, erbiċidi” fil-klassi 5.
—
tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 411 557 apiheal fir-rigward tal-imsmemija “prodotti tal-fwieħa; kożmetiċi; fwejjaħ; deodoranti (għall-użu personali jew għall-annimali); sapun; ħwawar għall-banju (mhux għall-użu mediku); prodotti għall-kura tas-snien, toothpaste, preparazzjonijiet li jbajdu s-snien, likwidu għall-ħasil tas-snien, li ma humiex għal skopijiet mediċi fl-klassi 3 u “prodotti għat-tneħħija ta’ annimali ta’ ħsara; fungiċidi, erbiċidi” fil-klassi 5.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u jekk ikun il-każ l-intervenjenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy