18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/58
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal)
(Kawża T-53/19)
(2019/C 103/74)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. López Camba, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “apiheal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 411 557
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1725/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn irrifjutat prodotti fil-klassijiet 30 u 5 (l-ewwel u tliet paragrafi tad-dispożittiv tal-imsemmija deċiżjoni).
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Laboratorios Ern, SA għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy