25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/44
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Nosio vs EUIPO (BIANCOFINO)
(Kawża T-54/19)
(2019/C 112/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer u A. Ottolini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “BIANCOFINO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 376 758
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2434/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001;
Full & Egal Universal Law Academy