25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/44
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas Mpellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)
(Kawża T-60/19)
(2019/C 112/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas Mpellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li fiha l-elementi verbali Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 172 276
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2296/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat ix-xebh tal-prodotti.
—
Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li seta’ validament jittrasponi r-raġunament tal-Qorti Ġenerali f’sentenzi preċedenti.
—
Il-Bord tal-Appell sostna b’mod żbaljat li trade mark nazzjonali preċedenti kienet totalment nieqsa mill-karattru distintiv li jiddistingwi prodotti li huma ċċertifikati minn dawk li ma humiex.
—
Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qabbel it-trade marks u evalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni.
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra d-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ġurisprudenza dwar il-portata u l-effett ta’ trade marks ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali.
Full & Egal Universal Law Academy