25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/46
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)
(Kawża T-67/19)
(2019/C 112/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: C. Casas Feu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dokkio, Inc. (San Mateo, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali DOKKIO – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 971 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni Tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1187/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni B 2800087;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn Sixsigma Networks Mexico, SA de CV;
—
tikkundanna lil Dokkio, Inc. għall-ispejjeż sostnuti minn Sixsigma Networks Mexico, SA de CV.
Motivi invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy