25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/47
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 – Südwestdeutsche Salzwerke vs EUIPO (Bad Reichenhaller Alpensaline)
(Kawża T-69/19)
(2019/C 112/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Südwestdeutsche Salzwerke AG (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bad Reichenhaller Alpensaline – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 126 217
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 412/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni Nru 17 126 217, sa fejn ġiet miċħuda;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy