1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/25
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 — Bergslagernas Järnvaru vs EUIPO — Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen (Għodda għall-qsim tal-injam)
(Kawża T-73/19)
(2019/C 122/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bergslagernas Järnvaruaktiebolag (Saltsjö-Boo, l-Isvezja) (rappreżentanti: S. Kirschstein-Freund, V. Dalichau u B. Breitinger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen GmbH (Ichenhausen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1289 243-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1455/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ r-rikors;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy