8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/54
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2019 — Alcar Aktiebolag vs EUIPO — Alcar Holding
(Kawża T-77/19)
(2019/C 131/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alcar Aktiebolag (Bromma, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Ateva, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcar Holding GmbH (Wien, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea f’kuluri abjad u blu — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 508 583
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 378/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tissospendi l-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm jiġu konklużi l-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark ta’ Alcar Holding GmbH, u tkun ġiet iddeterminata l-portata reali tal-protezzjoni tat-trade mark ta’ Alcar Holding GmbH;
—
tannulla fit-totalità tagħha d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;
—
tikkonferma fit-totalittà tagħha d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-Alcar Holding GmbH għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell żbaljatament estenda l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark ta Alcar Holding GmbH;
—
Il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.
Full & Egal Universal Law Academy