1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/27
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 — Lidl Stiftung vs EUIPO — Plásticos Hidrosolubles (green cycles)
(Kawża T-78/19)
(2019/C 122/30)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u K. Bonhagen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Plásticos Hidrosolubles, SL (Rafelbuñol, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ta’ kuluri blu, griż u abjad — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 807 265
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 778/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
tikkundanna lil Plásticos Hidrosolubles, SL għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625.
Full & Egal Universal Law Academy