1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/27
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Dekoback vs EUIPO — DecoPac (DECOPAC)
(Kawża T-80/19)
(2019/C 122/31)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dekoback GmbH (Helmstadt-Bargen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Moers, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DecoPac, Inc. (Anoka, Minnesota, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DECOPAC” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 160 747
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1795/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tannulla b’mod sħiħ it-trade mark DECOPAC irreġistrata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;
Motivi invokati
—
Nuqqas ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni tan-negozju;
—
Ksur tad-dritt għal smigħ;
—
Nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ numru sinjifikattiv ta’ fatturi;
—
Nuqqas ta’ użu tat-trade mark bħala ditta;
—
Bejgħ ukoll lil konsumaturi ppjanat iżda mhux imwettaq;
—
Ħtieġa ta’ distinzjoni bejn id-dekorazzjonijiet li jittieklu u dawk li ma jittiklux.
Full & Egal Universal Law Academy