25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/49
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-81/19)
(2019/C 112/60)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Zoe Apostolopoulou u Anastasia Apostolopoulou-Chrysanthaki (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Gouskos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tgħaqqad din il-kawża ma’ dik konnessa magħha mibdija minnhom fil-25 ta’ Ottubru 2018, irreġistrata bin-numru T-721/2018;
—
tilqa’ r-rikors tagħhom u tikkundanna lill-konvenuti, flimkien u in solidum, iħallsu lil kull waħda mir-rikorrenti s-somma totali ta’ miljun u mitt elf euro, bħala kumpens għad-dannu morali sostnut minnhom minħabba ksur tad-drittijiet ta’ personalità tagħhom, kif tali somma ġiet spjegata fid-dettall fir-rikors tagħhom;
—
tikkundanna lill-konvenuti sabiex fil-futur jastjenu minn kwalunkwe ksur tad-drittijiet ta’ personalità tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-ewwel konvenuta terġa’ tistabbilixxi l-unur u r-reputazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ dikjarazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż proċedurali kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tal-fatt li din tal-aħħar tiġi dejjem irrappreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-istituzzjoni responsabbli għall-att jew l-aġir ikkontestat, il-Kummissjoni hija kkunsidrata, konsegwentement, l-unika konvenuta f’dan ir-rikors.
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ lealtà u ta’ ekwità bejn il-partijiet, fuq il-ksur tal-prinċipju fundamentali tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal proċess xieraq.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dinjità umana u tal-personalità tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità, ta’ bone fide u tal-aspettattivi leġittimi.
Full & Egal Universal Law Academy