1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/29
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 — Gwo Chyang Biotech vs EUIPO — Norma (KinGirls)
(Kawża T-85/19)
(2019/C 122/33)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gwo Chyang Biotech Co. Ltd (Tainan, it-Tajwan) (rappreżentant: J. Kakoures, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni figurattiva KinGirls — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 151 038
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 718/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din laqgħet l-oppożizzjoni għal prodotti inklużi fil-klassi 3 u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG għall-ispejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell u ta’ din il-proċedura.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy