15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/77
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — C vs EUIPO — MasterCard International (AI currencypersonalassistant)
(Kawża T-95/19)
(2019/C 139/79)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: C sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (AI currencypersonalassistant) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015225097
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1053/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Funamentali tal-Unjoni Ewropea
—
Ksur tal-Artikolu 94(1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy