8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/56
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2019 — Rezon OOD vs EUIPO
(Kawża T-101/19)
(2019/C 131/65)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Yordanova-Charizanova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 203 316
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’Novembru 2018 fil-Każ R 999/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li t-trade mark kontenzjuża hija rreġistrata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy