8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/57
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Abarca vs EUIPO — Abanca Corporación Bancaria (ABARCA SEGUROS)
(Kawża T-106/19)
(2019/C 131/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abarca — Companhia de Seguros SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u Á. Pinho, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Abanca Corporación Bancaria, SA (Betanzos, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABARCA SEGUROS bil-kuluri roża, blu ċar, aħdar ċar u iswed — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 041 519
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1370/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
temenda kompletament id-deċiżjoni kkontestata;
—
konsegwentement, tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 16 041 519 fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti waqt il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy