15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/87
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — ACRE vs Il-Parlament
(Kawża T-107/19)
(2019/C 139/88)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Alliance of Conservatives and Reformists in Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u E. Montens, lawyers)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018, li tinsab fl-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2018 bir-referenza D202862 dwar il-konċessjoni finali tar-rikorrent għall-2017, sa fejn:
—
irriklassifikat l-ammont rrelattiv għas-“Survey on attitude on UK minority groups in the EU” [Studju fuq l-atteġġjament dwar gruppi minoritarji fir-RU], għall-ammont ta’ EUR 108,985.58, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003; (1)
—
irriklassifikat l-ammont relattiv għall-“UK Trade Partnership Conference”[Konferenza dwar partenarjat ta’ kummerċ tar-RU], għall-ammont ta’ EUR 122,295.10, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;
—
irriklassifikat l-ammont relattiv għall-“Conservative International — Miami Conference of 26-27 May 2017” [Internazzjonali Konservattiv — Konferenza ta’ Miami tas-26/27 ta’ Mejju 2017]’, għall-ammont ta’ EUR 249,589.17, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;
—
irriklassifikat l-ammont relattiv għall-“Conservative International — Kampala Conference of 13-15 July 2017” [Internazzjonali Konservattiv — Konferenza ta’ Kampala tat-13/15 ta’ Lulju 2017], għall-ammont ta’ EUR 91,546.58, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;
—
qieset li l-ħlas tal-miżata bħala membru ta’ EUR 133,043.80 mill-Prosperous Armenian Party [Partit Prosperu Armenjan] hija suġġetta għal-limitu ta’ EUR 12,000 impost fuq id-donazzjonijiet; u ġiegħlet lir-rikorrent jirrimborsa l-eċċess ta’ iktar minn EUR 12,000 lill-imsemmi membru, jiġifieri ammont ta’ EUR 121,043.80;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni bin-numru FINS-2019-5, sa fejn tirrendi l-pagament mill-Parlament Ewropew ta’ 100 % tal-ammont ta’ prefinanzjament ta’ EUR 4,422,345.48, dipendenti fuq ir-rimbors qabel il-15 ta’ Jannar 2019 ta’ (i) l-ammont ta’ EUR 535,609.48 lill-Parlament Ewropew ta’ (ii) kull pagament irċevut indebitament minn kull terz lill-imsemmi terz u, bħala konsegwenza, tannulla l-Artikolu 1.5.1 tat-termini u kundizzjonijiet speċjali marbuta mal-imsemmija deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tlettax-il motiv.
Motivi li jirrigwardaw l-aspetti kollha tad-deċiżjoni:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikoli 7 u 8 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004, li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, tal-Artikolu II.14.1 tad-deċiżjoni ta’ konċessjoni tal-2017, u ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament 2004/2003.
Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 108,985.58 bħala mhux eliġibbli u li għandu jiġi rrimborsat:
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament 2004/2003, u almenu żball manifest ta’ evalwazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali.
Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 122,295.10 bħala mhux eliġibbli u li għandu jiġi rrimborsat:
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament 2004/2003, u almenu żball manifest ta’ evalwazzjoni.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali.
Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammonti ta’ EUR 249,589.17 u ta’ EUR 91,546.58 bħala mhux eliġibbli u li għandhom jiġu rrimborsati:
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament 2004/2003, tal-Artikolu 10(4) TUE, tal-Artikolu 204a tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll tal-Artikoli 11 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u min tal-inqas żball manifest ta’ evalwazzjoni.
9.
Id-disa’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.
10.
L-għaxar motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali u ta’ non-diskriminazzjoni.
Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 133,043 u l-ordni li jiru rrimborsati EUR 121,043.80:
11.
Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 2 u 6 tar-Regolament 2004/2003, u min tal-inqas żball manifest ta’ evalwazzjoni.
12.
It-tnax-il motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.
13.
It-tlettax-il motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali u ta’ non-diskriminazzjoni.
Insostenn tat-tieni talba, ir-rikorrent iressaq żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikolu 19 tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 (2) u ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 6(1) tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1141/2014.
(1) Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 500).
(2) Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy