15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/90
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kerry Luxembourg vs EUIPO — Döhler (TasteSense By Kerry)
(Kawża T-108/19)
(2019/C 139/89)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kerry Luxembourg Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Döhler GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata:Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TasteSense By Kerry — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 820 509
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1179/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Döhler GmbH kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark TasteSense By Kerry Nru 15 820 509;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Döhler, jekk tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy