15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/91
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kerry Luxembourg vs EUIPO — Döhler (TasteSense)
(Kawża T-109/19)
(2019/C 139/90)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kerry Luxembourg Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Döhler GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TasteSense — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 820 525
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1178/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Döhler GmbH kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark TasteSense Nru 15 820 525;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Döhler, jekk din tal-aħħar kellha tintervjeni fil-proċedura, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy