15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/95
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Bacardi vs EUIPO — La Fée (ANGEL’S ENVY)
(Kawża T-115/19)
(2019/C 139/95)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bacardi Co. Ltd (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: A. Parassina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Fée LLP (Hertfordahire, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “ANGEL’S ENVY” — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 896 551
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 338/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni indirizzata kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali — figurattiva Nru 13 896 551 għal prodotti fil-klassi 33;
—
titrażmetti s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea lill-EUIPO;
—
tikkundanna lil La Fée LLP għall-ispejjeż kollha.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 27(2) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625
—
Ksur tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy