29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/54
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Clem & Jo Optique vs EUIPO — C&A (C&J)
(Kawża T-125/19)
(2019/C 148/52)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Clem & Jo Optique SARL (Cormicy, Franza) (rappreżentant: N. Hausmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C&A AG (Zug, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea C&J — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 912 041
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1252/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motiv invokat
—
Il-kumpannija rikorrenti ssostni l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks C & A u C & J.
Full & Egal Universal Law Academy