29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/54
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019– Krajowa Izba Gospodarcza Chłodnictwa i Klimatyzacji vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-126/19)
(2019/C 148/53)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Krajowa Izba Gospodarcza Chłodnictwa i Klimatyzacji (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: A. Galos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jikkostitwixxi l-bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata, u konsegwentement tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata f’dan ir-rigward;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-Artikolu 277 TFUE u fil-kuntest tiegħu r-rikorrenti tinvoka l-invalidità tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006, li jifforma l-bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tibbaża s-sistema tal-allokazzjoni tal-kwoti fuq valuri ta’ referenza li jirriżultaw minn data tal-passat fir-rigward tal-gassijiet F imqiegħda fis-suq mill-2009 sal-2012, minħabba li dan jikkostitwixxi qsim diskriminatorju u arbitrarju tal-impriżi skont l-attività tagħhom fil-passat fis-suq tal-gassijiet, u għaldaqstant ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata f’dan ir-rigward.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u ksur tat-Trattat peress li ngħataw raġunijiet inadegwati għall-introduzzjoni tas-sistema tat-tqassim tal-impriżi attivi fis-suq tal-gassijiet F abbażi tal-valuri għall-gassijiet F imqiegħda fil-passat fis-suq mill-2009 sal-2012, skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.
Full & Egal Universal Law Academy