27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 — Hemp Foods Australia vs EUIPO — Cabrejos (Sativa)
(Kawża T-128/19)
(2019/C 182/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hemp Foods Australia Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentant: M. Holah u P. Brownlow, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: César Raúl Dávila Cabrejos (Lima, Peru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Sativa li tindika l-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 259 974
Procedura quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1041/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy