6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/45
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 — Necci vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-129/19)
(2019/C 155/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claudio Necci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ April 2018 dwar iċ-ċaħda impliċita tat-talba tagħha ta’ affiljazzjoni mar-RKAM;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju.
Prinċipalment, huwa jsostni li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”) billi rrifjutat li taffiljah mar-RKAM (sistema komuni ta’ assigurazzjoni medika), mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-kontribuzzjoni supplimentari li ġie rrikonoxxut lilu fis-sistema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala korrispettiv għat-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tiegħu għal pensjoni.
Sussidjarjament, ir-rikorrent jinvoka l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE.
Full & Egal Universal Law Academy