29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/55
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 — Oosterbosch vs Il-Parlament
(Kawża T-131/19)
(2019/C 148/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Oosterbosch (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement:
—
tannulla d-“deċiżjoni kkontestata”magħmula mir-rendikonti tar-remunerazzjoni għax-xhur ta’ Marzu, April u Ġunju 2018;
—
tiddikjara l-annullament, jekk ikun hemm bżonn, tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Novembru 2018 li tiċħad l-ilment;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali u fuq eċċezzjoni ta’ illegalità: id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet b’applikazzjoni ta’ regoli interni u ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li huma illegali.
Full & Egal Universal Law Academy