29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/56
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2019 — Ashworth vs Il-Parlament
(Kawża T-132/19)
(2019/C 148/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Richard Ashworth (Lingfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Waisse, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tgħaqqad din il-kawża mal-kawża ppreżentata minn Salvador Garriga Polledo u 45 persuna oħra kontra l-Parlament Erwopew fid-19 ta’ Frar 2019 (Kawża T-102/91) abbażi tal-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali mill-fatt tal-konnessjoni ta’ dawn iż-żewġ kawżi;
—
sa fejn ikun meħtieġ, inkwantu miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji tal-kawża, tikkundanna lill-Parlament Ewropew jipproduċi l-pariri maħruġa mis-servizz legali tal-Parlament Ewropew, li kienu ngħataw fis-16 ta’ Lulju 2018 kif ukoll fit-3 ta’ Diċembru 2018, bl ħsara għad-data eżatta, iżda fi kwalunkwe każ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2018, C 466, p. 8, iktar il quddiem il-“miżuri ta’ implimentazzjoni”);
—
tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, sa fejn temenda l-Artikolu 76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni (premessi 5 u 6, Artikolu 1(7)) u l-Artikolu 2 sa fejn jikkonċerna l-Artikolu 76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq), jew inkella, sa fejn tistabbilixxi l-imposta ta’ 5 % fuq il-pensjonijiet pagabbli mill-1 ta’ Jannar 2019 jew inkella, jekk l-elementi ċċitati iktar ’il fuq ma kinux ikkunsidrati bħala diviżibbli mill-bqija tal-att ikkontestat, tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq fl-intier tagħħa.
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza ratione materiae tal-Bureau.
—
minn naħa, l-att ikkontestat kien ġie adottat bi ksur tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew adottat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta’ Settembru 2005 (ĠU 2005, L 262, p. 1) (iktar ’il quddiem l-“Istatut”). L-att ikkontestat huwa b’mod partikolari kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-Istatut li jimponi ż-żamma tad-“drittijiet miksuba” u tad-“drittijiet futuri”.
—
min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat joħloq taxxa billi jistabbilixxi imposta speċjali ta’ 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni filwaqt li l-ħolqien ta’ taxxa ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Bureau skont l-Artikolu 223(2) TFUE.
2.
It-tieni motiv ibbażat il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali;
—
minn naħa, il-Bureau huwa kkritikat li adotta l-att ikkontestat mingħajr ma osserva r-regoli imposti mill-Artikolu 223 TFUE.
—
min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat huwa insuffiċjentement immotivat u għalhekk jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet miksuba u tad-drittijiet futuri u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
—
minn naħa, l-att ikkontestat jikser id-drittijiet miksuba u drittijiet futuri li jirriżultaw kemm mill-prinċipji ġenerali tad-dritt kif ukoll tal-Istatut, li jimponi speċifikament li dawn jinżammu “fl-intier tagħhom” (Artikolu 27).
—
min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
—
minn naħa, il-ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti huwa sproporzjonat meta pparagunat mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-att ikkontestat.
—
min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat għandu jiġi annullat minħabba ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-assenza ta’ miżuri tranżitorji.
—
minn naħa, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn jinkludi effetti retroattivi b’mod irregolari.
—
min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn naqas milli jieħu miżuri tranżitorji.
Full & Egal Universal Law Academy