29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/58
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — Souruh vs Il-Kunsill
(Kawża T-137/19)
(2019/C 148/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Souruh SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għad-danni kollha mġarrba mir-rikorrenti b’ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;
—
sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert bil-għan li tiġi stabbilita l-portata totali tad-danni mġarrba mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju, li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-55/19, Cham Holding u Bena Properties vs Il-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy