29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/59
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 — WH vs EUIPO
(Kawża T-138/19)
(2019/C 148/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: WH (rappreżentant: E. Fontes Vila, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tirrikonoxxi l-assenza ta’ raġuni sabiex jiġi miċħud ir-rikors u li tingħatalha retroattivament il-promozzjoni li ġustament jistħoqqilha għall-effetti kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors qiegħed isir kontra d-deċiżjoni tal-konvenut li ma jippromwovix lir-rikorrenti fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni għall-2018.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega bħala l-uniku motiv il-ksur tad-drittijiet tagħha tad-difiża, peress li ma kellhiex il-possibbiltà li tiddefendi lilha nnifisha.
Full & Egal Universal Law Academy