29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/61
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2019 — Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/19)
(2019/C 148/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Solar Ileias Bompaina AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Metaxas u A. Bartosch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-atti kkontestati tal-Kummissjoni, jiġifieri d-Deċiżjoni C(2018) 6777 final, tal-10 ta’ Ottubru 2018, sa fejn tiċħad l-ilment mressqa quddiem il-Kummissjoni fil-Każ SA.41794 u speċifikament il-punti 11 sa 121 biss ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll l-ittra bid-data tat-8 ta’ Frar 2019 (B.2 VI/MJ/mkl D*2019/019026);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed li fil-kuntest tiegħu tallega ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha minħabba l-ommissjoni li tiġi ddefinita sistema ta’ referenza rilevanti bħala l-prerogattiva għall-evalwazzjoni tas-selettività materjali tal-miżura kontenzjuża, minħabba l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti ppreżentati lill-Kummissjoni matul il-proċedimenti amministrattivi dwar il-kompatibbiltà tal-produtturi u tal-fornituri ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-analiżi legali żbaljata tal-kriterju ta’ paragunabbiltà li għandha titwettaq meta tiġi evalwata s-selettività materjali tal-miżura kontenzjuża, minħabba l-motivazzjoni insuffiċjenti li fuqha huwa bbażat in-nuqqas manifest li titwettaq evalwazzjoni diliġenti, kif ukoll minħabba l-evalwazzjoni żbaljata tas-suġġett minħabba applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza invokata.
Full & Egal Universal Law Academy