6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/47
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Jap Energéticas y Medioambientales vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-145/19)
(2019/C 155/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jap Energéticas y Medioambientales, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: G. Alabau Zabal, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-att maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi s-somma li għandha tiġi rrimborsata mir-rikorrenti minħabba t-tnaqqis tal-ammont għal sussidju fil-kuntest tal-Programm LIFE 11.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra l-att maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fl-14 ta’ Jannar 2019, innotifikat fl-24 ta’ Jannar 2019, li jistabbilixxi s-somma li għandha tiġi rrimborsata mir-rikorrenti, peress li l-ispejjeż li għandhom jiġu ssussidjati fil-kuntest tal-proġett LIFE 11 ENYES/000593-H2AL RECYCLING tnaqqsu, u li fih ordni ta’ ħlas.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali.
—
F’dan ir-rigward huwa allegat li l-Kummissjoni Ewropea ma ppreżentatx argumenti jew data li jippermettu lir-rikorrenti li tirribatti l-argumenti tagħha lil hinn mill-kontenut tal-ittra inizjali tagħha ta’ Jannar 2017, li fiha l-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-ispejjeż li ma setgħux jiġu koperti b’finanzjament, minħabba li fil-komunikazzjonijiet kollha tagħha hija llimitat ruħha għar-riproduzzjoni tal-istess argumenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tat-Trattat jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali marbuta mal-applikazzjoni tiegħu.
—
F’dan ir-rigward huwa allegat li l-atti li jillimitaw drittijiet suġġettivi jew interessi leġittimi għandhom ikunu motivati, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, peress li fil-każ kuntrarju jista’ jkun hemm aġir arbitrarju għall-benefiċċju ta’ min jadottah u abbuż ta’ poter, bi ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ “projbizzjoni tal-arbitrarjetà”, li huma rrikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża
—
F’dan ir-rigward huwa allegat li minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni ta’ dan l-att ma humiex issoddisfatti l-kunduzzjonijiet amministrattivi solidi li jippermettu li jiġu ddikjarati ċerti spejjeż bħala mhux eliġibbli u, konsegwentement, ma huwiex possibbli li dawn jiġi miċħuda.
Full & Egal Universal Law Academy