29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/62
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2019 — Flovax vs EUIPO — Dagniaux u Gervais Danone (GLACIER DAGNIAUX DEPUIS 1923)
(Kawża T-147/19)
(2019/C 148/62)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Flovax Sàrl (Doncols, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dagniaux (Roubaix, Franza), Compagnie Gervais Danone (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, Compagnie Gervais Danone
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni GLACIER DAGNIAUX DEPUIS 1923 bil-kulur “test u żebgħa: Blu Pantone Nru 302; sfond: Pantone Nru 1205c (krema)” — Trade mark tal-Unjoni Nru 896 480
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ annullament
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2210/2016-1 u R 2211/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Mejju 2018 mogħtija fil-Każijiet R 2210/2016-1 u R 2211/2016-1;
—
tiddikjara ammissibbli l-appell R 2211/2016 ippreżentat minn FLOVAX quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Annullament Nruo10417 C meħuda abbażi tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, fuq applikazzjoni għal revoka rreġistrata fit-22 ta’ Ottubru 2015 mill-Compagnie Gervais Danone billi tiċħad fl-intier tagħha l-imsemmija applikazzjoni għal revoka;
—
tikkundanna lill-Compagnie Gervais Danone tħallas lill-proprjetarju tat-trade mark, it-taxxa tal-annullament u l-ispejjeż ta’ rappreżentanza, stabbiliti abbażi tar-rata massima indikata fl-Artikolu 94 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju;
—
Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni mill-Bord tal-Appell tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiemu.
Full & Egal Universal Law Academy