6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/48
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Société des produits Nestlé vs EUIPO — Jumbo Africa (Rappreżentazzjoni ta’ figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka)
(Kawża T-149/19)
(2019/C 155/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u C. Elkemann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jumbo Africa, SL (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka bil-kuluri aħmar, blu, blu ċar, blu skur, griż u abjad — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 273 634.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni.
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 876/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad ir-rikors li jikkonċerna l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 738 030; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjenti eventwali għall-ispejjeż sostnuti quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 46(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 2017//1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy