6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/51
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-153/19)
(2019/C 155/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Union Copper Task Force (Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 (1) sa fejn iġedded l-approvazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni fuq bażi legali illegali;
—
testendi l-effetti tal-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) sa fejn implimenta l-Artikolu 80(7) tar-Regolament 1107/2009 u inkluda l-komposti tar-ram fil-lista tas-sustanzi attivi bħala kandidati għas-sostituzzjoni;
—
tiddikjara li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 iġedded l-approvazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni fuq bażi legali illegali. B’mod partikolari:
—
L-Artikolu 24 u l-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (3) jiksru d-dritt tal-Unjoni Ewropea billi:
(i)
L-evidenza xjentifika tindika li “kriterji PBT”, partikolarment il-persistenza, ma humiex adegwati għar-ram Scientific.
(ii)
L-applikazzjoni tal-kriterji PBT għal sustanzi inorganiċi ma hijiex konsistenti ma’ atti leġiżlattivi oħra li ġew implimentati fil-qasam tas-sustanzi kimiċi rregolati.
(iii)
Fir-rigward tal-kandidati għas-sostituzzjoni, l-applikazzjoni tal-kriterji PBT għall-komposti tar-ram tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet imfittxija mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Barra dan, ir-Regolament Nru 1107/2009 jinterpreta b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ prekwazjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati tas-sostituzzjoni.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat sussidjarjament, fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018 L 317, p. 16).
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU 2015 L 67, p. 18).
(3) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009 L 309, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy