6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/52
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — ZU vs EEAS
(Kawża T-154/19
(2019/C 155/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: European External Action Service (EEAS)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-EEAS tat-30 ta’ Novembru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta’ Lulju 2018 sa fejn din tiċħad impliċitament id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tiegħu tas-26 ta’ Frar 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal (b’mod partikolari l-Artikoli 12a, 56 u 71 tagħhom) u fuq il-ksur tal-Artikoli 31(1) u (2), 41(1) u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ “terminu raġonevoli”, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (ħela ta’ riżorsi tal-Unjoni), fuq l-abbuż ta’ poter u ta’ ħabi ta’ provi, fuq il-ksur tar-regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ ċaqliq, fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, u fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li prima facie jinsabu fl-ilment tar-rikorrent skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Full & Egal Universal Law Academy