6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/53
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu — AP vs EIF
(Kawża T-155/19)
(2019/C 155/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AP (irrappreżentat minn: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Fond Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenut datati t-30 ta’ Awwissu 2018 u t-3 ta’ Ottubru 2018 li jiċħdu t-talba tar-rikorrent datata l-20 ta’ Ġunju 2018;
—
tordna lill-konvenut iħallas il-benefiċċji pprovduti mill-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal b’mod retroattiv mill-1 ta’ April 2018 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati fil-livell tar-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew b’żieda ta’ 2 punti dekorribbli sal-ħlas sħiħ irċevut mir-rikorrent;
—
tordna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali, li jista’ jiġi evalwat, ex aequo et bono fl-ammont ta’ mill-inqas EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-mard tar-rikorrent kien jinvolvi s-sospensjoni taż-żmien tan-notice u l-applikazzjoni tal-iskema tas-sigurtà soċjali. Ir-rikorrent jissottometti li l-kuntrarju ta’ dan jikkostitwixxi ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-dmir ta’ prudenza u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rifjut ta’ aċċettazzjoni tal-irtirar tar-riżenja tar-rikorrent jikser id-dmir ta’ prudenza.
Full & Egal Universal Law Academy