17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/44
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2019 — Breyer vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-158/19)
(2019/C 206/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Patrick Breyer (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Breyer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2019 bin-Numru ta’ Referenza Ares(2018)6073379, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-ewwl inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) (Ħarsien ta’ interessi kummerċjali)
—
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-iżvelar ta’ dokumenti dwar l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ riċerka iBorderCtrl ma jippreġudikax il-ħarsien tal-interessi kummerċjali tal-membri tal-konsorzju. L-iskop tal-proġett “Intelligent Portable Border Control System” huwa li tiġi esplorata teknoloġija ġdida dwar il-kontroll tad-dħul ta’ persuni bħall-użu tas-“sejbien awtomatizzat ta’ gideb” u l-kalkolu ta’ valur tar-riskju.
—
Ir-rikorrent jallega wkoll li hemm interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (Proċessar ta’ applikazzjonijiet)
—
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni pproċessat biss l-applikazzjoni għall-aċċess għal dokumenti dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ riċerka iBorderCtrl. Madankollu, l-applikazzjoni għall-aċċess għal dokumenti dwar l-approvazzjoni tal-proġett ma ġietx ipproċessata.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy