6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/54
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Bog-Fran vs EUIPO — Fabryki Mebli “Forte” (Furniture)
(Kawża T-159/19)
(2019/C 155/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bog-Fran sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mikosza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (Ostrów Mazowiecka, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1384 002-0034
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 291/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-invalidità;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż u jirrimborsaw l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy