6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/54
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — LTTE vs Il-Kunsill
(Kawża T-160/19)
(2019/C 155/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (Herning, id-Danimarka) (rappreżentanti: A. van Eik u T. Buruma, lawyers)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 (1) safejn din tikkonċerna lir-rikorrent.
Alternattivament, ir-rikorrenti ssostni li f’dan il-każ huwa xieraq li tiġi adottata fil-konfront tagħha miżura inqas severa minn dik li tinżamm fil-lista tal-UE ta’ Organizzazzjonijiet Terroristiċi.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġusitzzja tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż miżjuda bl-interessi u li għandhom jiġu speċifikati fi stadju ulterjuri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li din tal-aħħat ma tistax tiġi kklassifikata bħala organizzazzjoni terrorista skont id-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 1(3) tal-Poiżizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (2).
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li ġiet adottata l-ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti, kif rikjest mill-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li l-Kunsill ma wettaq l-ebda reviżjoni xierqa kif rikjesta mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFEU.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU L 6, 9.1.2019, p. 6).
(2) Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).
Full & Egal Universal Law Academy