20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/37
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — Deutsche Telekom vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-161/19)
(2019/C 172/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Telekom (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, B. Langeheine U J. Blanco Carol, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;
—
tannulla l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti kif ukoll għall-ispejjeż l-oħra relatati ma’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-invalidità tal-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat minħabba li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali xieraq.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u ma huwiex immotivat.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma huwiex immotivat.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-proċedura segwita għall-adozzjoni tal-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat kisret il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat jillimita d-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u għal libertà ta’ intrapriża.
(1) Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU 2018, L 321, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy