20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/38
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — Telefónica u Telefónica de España vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-162/19)
(2019/C 172/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja), u Telefónica de España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz, B. Langeheine u J. Blanco Carol, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;
—
tannulla l-Artikolu 50 tar-Regolament (EU) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u għall-ispejjeż oħra relatati ma’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi li huma, essenzjalment, jew identiċi jew simili għall-motivi invokati fil-Kawża T-161/19, Deutsche Telekom v Parliament and Council.
(1) Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009.
Full & Egal Universal Law Academy