13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/56
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Mersinis vs ESMA
(Kawża T-163/19)
(2019/C 164/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Michail Mersinis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Pafitis, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta’ Mejju 2018 biex ma tagħżilx lir-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ uffiċjal legali anzjan fir-rigward tal-post battal ESMA/2017/VAC19/AD7.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq kompożizzjoni irregolari tal-kumitat tal-għażla.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżerċizzju ta’ preġudizzju favorevoli tal-kandidat magħżul għall-post inkwistjoni.
Full & Egal Universal Law Academy