13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/57
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — AQ vs eu-LISA
(Kawża T-164/19)
(2019/C 164/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AQ (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operazzjonali ta’ Sistemi ta’ IT fuq Skala Kbira fl-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ eu-LISA tat-8 ta’ Mejju 2018 li ttemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti ma’ eu-LISA mingħajr notifika flimkien, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni ta’ eu-LISA tal-4 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;
—
tordna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ difett proċedurali u ksur tad-drittijiet ta’ difiża u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 16 u 48 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tad-dritt ta’ premura.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 31 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq allegat abbuż ta’ poter.
Full & Egal Universal Law Academy